Tuesday, May 10, 2005

hunting high and low....

Wara li qattajt weekend tajjeb gewwa in-Normandija intbaht li l-aktar parti li hadt pjacir kienet il-vjagg bil-karozza l'hemm. Vjagg ta' tlett sieghat u nofs, tlaqna ghal xi d-9.00 ta bil-lejl, traffiku hafif fuq il-highway Belgjana, imdawla, dik Franciza mudlama, sthajjitni qieghed f'Solaris ta' Tarkowsky.... tifhimha ahjar l-espressjoni "living on the fast lane".... Ha xejra iktar interessanti u mhux mistenni l-vjagg meta siehbi, is-sewwieq, qalli hekk kif dhalt fil-karozza li galadarba konna se naqbdu il-highway kien se johrog il-qattusa minn gol-gabjetta biex ma taqax hazin, maghluqa ma tistax ticcaqlaq ghal tlett sieghat shah... Qarrast naqa wicci ma' l-ahbar imma ovvjament hu s-sewwieq u hassejt fewga ta' solidarjeta mal-qattusa ukoll biex nghid kollox. Insomma, kif qbadna il-highway, fetah il-gabjetta u l-qattusa li 'twiegeb' ghall-isem ta Tricky ma hasbietiex darbtejn biex tohrog minn dik il-prigunerija kiefra... F'karozza ghaddejja bil-150 kilometru s-siegha, ma stajtx nibda nimmagina x'kien ghaddejj minn go mohhha u fil-bidu intefghet wieqfa tittawwal, paranoid, (qatt smajtuha il-frazi "paranoia never killed a cat"?) minn gol-windscreen u mill-hgiega tal-bieba tipprova tifhem x'il-l'ostra kien qed jigri... skond l-istruzzjonijiet tas-sewwieq wara ftit kienet se tidra u torqod. Tinkwetax biex tafghasha l'isfel halli torqod qalli. B'naqa sforz qaghdet imma kif ifettlilha terga tqum, tgharrex is-sitwazzjoni, itella saqajha mad-daxbord u ticcassa u tipprova tifhem, jew thaffer difrejha f'irkobbti ma' l-icken break biex izzomm il-bilanc....

Insomma fil-ftit mumenti li hallietni kwiet, jien kont hemm, wicci mimli suf, niehu gost bit-tragitt kontra ghal dak li imdorri ghalih - mwahhal fit-traffiku f'toroq qosra u dojoq bin-nervi telghin... hassejtni, hekk, on the road, Thelma u Louise fuq wara kien jonqos...

Is-sabiha hi li, wara, siehbi Malti li saq sa Munich fl-istess zmien qalli li qed jahsibha jibdiex isuq it-trakkijiet full-time tant kemm ha gost isuq... Tghid ahna l-Maltin niehdu buzz mix-xejn ? Ukoll. Poplu pjuttost 'jolly' ikolli nghid ahna. Perswaz li t-trobbija f'xemx taqli hija r-raguni. Dan l-ahhar ippruvajt nikkwantifika il-valur tax-xemx - ma nafx minn fejn se naqbad nibda. Li hu zgur li x-xemx minnha innifisha gia ghandha valur biex thossok tajjeb, ahseb u wara jekk izzid l-affarijiet kollha li tista taghmel bhal per ezempju tmur sal-bahar u toqghod hemm tinqela u tiffriska f'liema intervalli li trid minflok issuq saghtejn sal-kosta u t-temp idur f'nofs triq, tasal fil-bahar kanella ta l-atlantiku u taqa down. Kif qatt jista malti ma jaqax f'bad vibe meta jghaddi minn dan? Heqq, il-hajja maghmula minn ghazliet tghidli. Hekk hu. Kollu minnu.

Mindu bdejt innizzel il-muzika bl-addocc minn fuq ix-xibka spiccajt nirritorna ghal dik il-muzika li kelli u m'ghadx ghandi ghax qatt ma indenjajt ruhi, jew kelli il-flus biex, nixtri (fuq tejps li kelli u qatt ma xtrajt cds...) Qieghed tajjeb filli niffissa fil-minimal techno (qabza notevoli mid-deep house ghal min jafni) filli spiccajt nisma l-A-ha.... mela, l-A-ha - dawk li Toni Sant kien jipprova jaqla mic-charts meta kien ma l-Artwork.... (Guze Stagno and co. gabuli xeba nostalgija bil-haqq bl-istorja ta Girls will be Girls - bomba tal-qalziet ta' taht l-ahmar .... ghal dak li saqsa (erezija?) x'qatt ghamel Toni Sant nistghu inwiegbu li wahda minnhom kienet din : kien, anzi beda bhala, il-Morten Harket Malti fit-tmeninijiet).... Min jaf Morten Harket imexxix l-aboutnorway ? Tkun cool kieku.

Eh u kont qed nghid fuq l-A-ha. Meta ergajt smajt id-diska Hunting High and Low wara tant zmien, snin, bdejt nghid ma kienu hazin xejn. Ghal l-inqas kliem mahsub sew u profond meta tqis li pop -tipo mhux "oops i did it again".... . "Minn imkien fin-numru hamsa" kien jghidlina Albert Zammit fuq 'A-30' ghal habta tal-4.00 pm nhar ta' sibt wara l-agunija tal-koppja hamiton-grech jiddiskutu ir-ricetta tal-gimgha ma' Anton B.Dougall. ("sibtijiet flimkien...." josette grech fuq iz-ziemel.... haaaa..... x'buzzzzz it-tmeninijiet!)

here i am
and with every reach of my hand she's sound asleep
and she's sweeter now than my wildest dream
could have seen her
and i watch her slipping away
though i know i'll be hunting high and low
there's no end to the lengths i'll go to
... find her again
upon this my dreams are depending
through the dark i sense the pounding of her heart
next to mine
she's the sweetest love i could find
so i guess i'll be hunting high and low
there's no end to the lengths i 'll go to

[traskrizzjoni spontanja]

Mhux hazin, ma tahsbux? "Girls will be girls" insejt kif kienet imma niftakar il-chorus kien xi haga hekk: "girls will be girls and you don't why, girls will be girls and you don't know how..." . Kemm kellu ragun.
Hemm xi hadd kapaci jkompliha?


Hallikhom mit-tmeninijiet l-ahwa, u intefghu isimghu naqra minimal tech nadif, jaqta u jqarmec.

0 Comments:

Post a Comment

<< Home