Sunday, October 02, 2005

Super Eroj




Wara nofsinharijiet twal ma jintemmu qatt fis-snin tmenin, qabel ma wasal l-ewwel Spectrum 48k, konna inqattawhom nilghabu il-karti tas-Super Eroj, it-tir: thalli lill-avversarju minghajr l-anqas karta wahda li hi wahda... Habat tajjeb li l-karti tas-Super Eroj ghadhom hajjin u mghozzhom b'ghozza kbira, ghalkemm immermrin bl-uzu, wahda minnhom imcarrta minn fuq probabilment rizultat ta'xi loghba mitlufa li indannatni sew... ghandi l-biza li tlift xi whud minnhom, ghax l-iSpiderman ma nista insibu b'xejn ghalkemm wiccu jinsab fil-wicc ta' kull karta... ftit ilu ilmahthom go kexxun f'dik li qabel kienet kamarti go san gwann u ghal xi raguni iddecidejt li intellagghom mieghi Brussel, x'aktarx minhabba biza' li xi darba ommi tidhol f'xi wahda mill-estri ta zbarazzar taghha ("daw ghar-rimi ??!") jew taqbad u taghtihom lin-neputijiet kif jitfarfru naqr'ohra...

Kbar is-Super Eroj, maqsuma f'physical strength , special powers u weapons, u b'deskrizzjoni mitika ghall-kull eroj... qatt ma niftakarni naqrahom dawn id-deskrizzjonijiet waqt li konna inkunu mitlufa nilghabu bihom, kulhadd bit-tama li jigih is-Silver Surfer b'sahha fizika ta 9, poteri specjali ta' 9 imma dghajjef fl-armi b'puntegg ta' 5... insomma nigu ghar-raguni ta' din il-blogg wara nuqqas tal-misthija mix-xena... impossibbli niktibhom kollha, cioe m'ghandix aptit, ghallinqas mhux illum, imma dawn huma fost l-aqwa:

The Silver Surfer

High o'er the roof of the World, he soars... the restless streaking STRANGER from the farthest reach of space, whom Man, shall call forevermore, the SILVER SURFER

The Rhino

If the HULK ever had a match in sheer SAVAGERY and raw POWER, it is... the RHINO

The Gremlin

A deformed boy GENIUS, complete with mutant features and BRAIN, the GREMLIN vows vengeance on the free nations of the WEST


The Vision

Merely by exercising his man-like BRAIN, the Vision's ANDROID frame can be as solid as DIAMOND at one minute... and the next as intangible as thought itself

Invisible Girl

Materialising before your very eyes - INVISIBLE GIRL! She can appear and disappear AT WILL!

Captain America

The champion of FREEDOM, the defender of JUSTICE ... A living symbol of LIBERTY! Let the enemies of freedom BEWARE!

Absorbing Man

Nothin' can stop me! I absorb the power of anything I'm attacked with! Glass, wood, steel - even Thor's HAMMER!

Doctor Octopus

There are a few things you must LEARN about Otto Octavius, and one of them is - he doesn't play with CHILDREN... and to Doctor Octopus every man is a CHILD!

The Red Skull

Whenever there was injustice, tyranny, ruthlessness, the RED SKULL was there, leading the attack upon the weak and the helpless!

Galactus

Galactus! he whose name is LEGEND throughout a thousand star Clusters. The merciless PLANET DESTROYER!

Morbius

The night is a time for strange THIRSTS - and when MORBIUS thirsts, his thirst must be quenched!


The Ghost Rider

Through the darkness of NIGHT rides the flaming-skulled cyclist named JOHNNY BLAZE... half man, half servant of Satan... the GHOST RIDER!

Monday, August 01, 2005

Ma nghix hawn

Kull meta nirritorna minn mawra f'Malta ruhi terga tghaddi minn hafna tiftix (soulsearchin, you know what i'm sayin?). Wisq emozzjonijiet kuntrastanti, spiss kontradittorji. Il-pjacir tar-ritorn lejn l-gheruq u dak li sawwarni kontra l-pjacir li imxejt lil hinn, li esplorajt toroq ohra li komplew sawruni wisq iktar.

Wahda mir-ragunijiet principali illi spiss tissemma' ghala zaghzagh tat-tieni jew tielet generazzjoni immigranti fl-Ewropa qedin jirradikalizzaw rwiehhom b'mod vjolenti li jwassal biex isiru terroristi u jaghmlu herba f'xi Madrid jew Londra hija din: aljenazzjoni doppja li jhossu lejn il-pajjiz li fih jghixu u lejn il-pajjiz u l-kultura ta' ommhom u missierijiethom taghmilhom aktar vulnerabbli ghal ideat estremisti li tifdilhom il-bzonn ta' identitá ... Process simili ghaddej minnu jien gewwa Brussel. La nhossni Malti Malti u wisq inqas Belgjan. Meta kont Malta l-ahhar ftit gimghat ilu kelli spiss is-sensazzjoni li jien barrani go dari ormai, m'hemmx x'taghmel. Fit-toroq promoturi ta prodotti jkellmuni b'ingliz imfarrak, kwazi haddtha bhala offiza u fl-istess hin tatni kemxa pjacir. Il-paradoss tal-bzonn li tkun differenti u li tkun accettat ma nhossiex daqs meta nkun Malta ghal btala. Fil-karozza haz-Zebbug staqsejt liema hi t-triq ghal Knisja l-Kbira b'malti normali ghall-ahhar u ragel xwejjah beda jfarrakli bl-ingliz biex jispjegali... bdejt nghid x'illostja grali biex dan ix-xwejjah hasibni xi emigrant gejt lura. Cioe daqshekk ovvja?

L-identita ewropeja hafna jsibu difficili biex jispejgawha. Nahseb Brussel l-aktar li thossha, fejn kulhadd huwa kollox u hadd m'hu hadd. L-anqas fl-iktar bliet kosmopolitani bhal Londra ma thoss l-istess ghax fl-ahhar il-bottomline huwa dejjem dak l-element ta' britishness... . Brussel thossha l-post-nation community par excellence. Kuncett li jbezza ghal min qatt ma ccaqlaq mill-erba kantunieri ta madwaru. Brussel, thossok qed tghix 'il quddiem fiz-zmien, mhux is-sens ta' "it's happening" bhalma nahseb thoss Londra jew Parigi, imma iktar "this is a foretaste for things to come"...

Jista jkun qed nidealizzaha l-haga. Jista jkun li le. Jista jkun minhabba ix-xemx diehla u hierga m'ghandiex kwiet u x-xita tiddeffes u traxxax kif iffetlilha. X'ala ghajnha li s-sajf u li hawn il-maltin joholmu f'sajf twil ma jispicca qatt, hekk, erba xhur bla waqfien.

Saturday, July 30, 2005

Dipressjoni jew Imhabba

Darba qrajt li l-istat tal-mohh meta tkun dipressat fis-sens ta depression serja jista tkun simili ghall-istess stat ta mohh meta taqa in love (x'gharukaza li m'ghandiex kelma sura bil-Malti ghal din) f'dak li jirrigwarda t-tip ta kimici li l-mohh jipproduci f'dawk l-istati, id-diffikulta biex tiffoka fuq affarijiet ghajr il-problema jew l-imhabba... Kieku, din it-teorija interessanti jekk tuzaha biex tipprova tispjega ghalfejn meta inkun ghaddej minn zmien relativament tajjeb tmurli il-hajra li nikteb... Sikwit grali li fl-aghar mumenti gewni l-iktar hsibijiet profondi u interessanti l-istess bhal meta waqajt fl-imhabba... Mhux qed nipprova nispjega ghala ili tant ma nzid xi haga fil-blog imma l-kilba li nikteb u neghleb l-ghazz u l-ghejja tigini l-iktar meta nkun ghaddej jew tajjeb hafna jew f'naqa ta perjodu downer....jekk inkun f'tan-nofs ma jigini xejn interessanti bizzejjed li jinkiteb ... Insomma mhux qed nippretendi li qed nikteb xi affarijiet profondi hafna hawn. Dak kien il-hsieb imma z-zmien wera li l-kitba trid hafna hsieb milli sempliciment erba ideat li jiguk matul il-gurnata u li ddawwarhom f'kitba wara x-xoghol....

Tuesday, June 21, 2005

Ma Nitkesshux, Isa

Mela gewwa l-Berlaymont - il-bini ggant tal-Kummissjoni Ewropeja go Brussel, ghadu jfuh bir-riha ta' restawr, ghadhom kemm fethu zewg saunas ... M'ghandniex xi nghidu, burokrazija bhall-Kummissjoni m'hiex sejra taghmel pass bhal dan minghajr ma tippublika regoli ta' kif ghandek iggib ruhek jekk tiddeciedi li tmur ghal naqra shana tat-tifqiegh il-mohh ... Insomma biex ma ntawwalx dawn ir-regoli ideali jekk qatt ma irfist go sauna f'hajtek u ma tkunx taf l-aktar affarijiet bazici bhal per ezempju jekk tinhasilx qabel jew le, jekk taqbadx u tidhol jekk haddiehor qieghed gewwa diga, jekk tpoggix sormok fuq l-injam jahraq jew taghmilx xugaman .... insomma lkoll nafu dawn l-incertezzi sawnesci ....

Dawn ir-regoli, jekk tiflihom ftit, jixdhu percezzjoni istituzzjonali kemmxejn stramba tal-haddiema taghha ... Mela l-ewwel regola: "m'hemmx imgieba wahda go sauna izda ir-ritwal intiz biex ikun rilassanti"... s'hemmhekk kollox sew, naqra ovvja imma trid tiftah b'xi mod .... imbaghad tigi il-bomba: "heffa u storbju huma kompletament eskluzi l-istess kif inhi kompetizzjoni traskurata ta' min kapaci jiflah l-aktar ghas-shana ...." (!) imbaghad tigi ohra: "li tkun gharwien huwa naturali ..."

Fi kliem iehor, m'hemmx giri, m'hemmx ghajjat, u ara ma jkunx hawn xi hadd jipprova jaghmilha tal-gustuz u jdum hemm gew.... ma nitkesshux, isa.

Ghandi kurzita issa naqbez qabza s'hemm xi darba ha nara naqa nsibx lil Barroso f'taqtigha ma' Frattini, bl-gharaq ixoqq ghall mohhhom biex jaraw min minnhom se johrog tal-hero ... u tghid Joe Borg gharwien huta qed jintefa jew qed jixxawwat bil-malja ? In-nejka li l-kummissarji ghandhom granet specjali ghalihom jigifieri mhux facli li niskopri x'inhu ghaddej fil-kmanar jaharqu tal-Kummissjoni Ewropeja, jiddispjacini jkolli nghidilkhom ... hemm gurnata 'mixed', tghid se issir il-hotspot il-gdida ta brussel 'to see and be seen' ?

U wahda ta l-ahhar. kif tlesti, inhasel, ixxotta b'xugaman jew billi tpoggi f'temperatura normali, imbaghad: "you can also lie down and even close your eyes for a while if you feel like it".

Wednesday, June 01, 2005

Le ta

Kif stajt tobsor, il-"le" franciz ma tantx nizel ghasel gewwa Brussel. Tara sinjali vizibli ta' misthija fuq kull franciz li jghix hawn meta jitqajjem id-diskors dwar ir-referendu. Sa ftit xhur ilu, qabel l-"iva" beda jiddghajjef sew, ftit kienu jistennew li l-fundadturi principali kienu se jaghtu darhom lill-ewropa b'dak il-mod. Qrajt hafna kitbiet fil-gurnali kulhadd jipprova jsib ir-raguni imma l-aktar li laqatni kien kumment ta' habib tieghi rumen imrobbi Franza li jghix hawn li qal: "f'daqqa wahda il-francizi irrealizzaw li-l-ewropa m'hijiex franza akbar..." .

Meta smajt u qrajt ghalfejn hafna Francizi kienu se jivvutaw jew ivvutaw le indunajt li l-popolizmu u l-parrokjalitá tezizti kullimkien anki fil-hexagone... Li dejjaqni l-iktar imma kien li tisma ragunijiet bazwija miksija f'termini intelletwali a la francaise. Kwazi f'qalbi bdejt nghid tini xarajunk meta trid.

Issa l-Olanda qalet le ukoll. Gej zmien iebes.


Popolizmu, Fundamentalizmu, Xenofobja, Xellugizmu estrem ..... x'izmu jmiss?

Tuesday, May 24, 2005

il'angli x'medjokritá !

Kull sena jum il-medjokritá jasal, u Malta ticcelebrah bil-kbir bhas-soltu ... jekk m'ghandu xejn il-eurovision, huwa sors ta' buzz assurd li nista inqabblu ma ftit affarijiet ohra li jigru fid-dinja... is-siltiet ta hawn taht huma ftit mill-aqwa li sibt qalb is-sens kiefer ta disfatta ghal min haseb li kien haqqna nigu l-ewwel, sens ta' bitterness ahrax qisna il-poplu il-minsi minn kulhadd jithabat biex isemma' lehnu....

Laqatni hafna l-fatt kif minn din il-farsa harget b'tant qawwa is-sensazzjoni iddisprata ta' kemm ahna izolati fil-Mediterran, bla girien, bla solidarjeta mill-pajjizi iz-zghar... Imbaghad intaptpu lilna infusna fuq darna b'pudur ikexkxek kif 'morna tajjeb' ghalkemm kienet biss hi u l-vuci (xejn iktar), li ma kinitx "nofsha gharwiena bhall-ohrajn"... iiii x'gharukaza....x'kien jisimha 'd-diska' dis-sena? 'anglu' hux minghalija?

Fost l-isbah assurditajiet, hawn taht issibu min haseb li n-nuqqas ta 'hunks' (jew irgiel imgissmin bhal ma jkollha kylie minogue jew madonna fil-videos, b'movimenti sesswali ghal-alla) seta wassal ghad-disfatta, iehor li jahseb li l-libsa kienet qisha hghititlha il-mummy ghal-ewwel festa (!) ; it-traduzzjoni mitika u klassika tat-times ta' l-ghajta "ghax ghandna lil chiara maghna, ahna maqghudin...u maqghudin ghax ghandna lil chiara mgha-a-a-nda, a-a-hna maqghudin....")... u ohrajn...Insomma kombinazzjoni tal-assedju il-kbir vol. 2 u hafna tehmiz zejjed tellfuna minn mument storiku ghal pajjizna...tigux tghiduli li m'ahniex pajjiz tal-genn ta!

we are swell...




  • Mr Chetcuti said he did not like Chiara's dress but her voice and her ability were outstanding. He would have preferred a "white angel" surrounded by lots of fog and including a couple of male "hunks" also dressed as angels to complete the scene. ...Steve Borg of Marsascala, a promoter of songs in Maltese, said he liked Chiara's performace a lot; she was very confident on stage although the winking could have been a bit overdone.

  • With regard to the dress, Ms Galea said she liked the style, but would have preferred the dress to be black. "At least she was not half naked like most of the others," she said.

  • The crowd burst into a frenzy shouting "Chiara, Chiara" and singing "We are united because Chiara is with us"."She is our number one," a man was heard saying, a play on words on the title My Number One, the Greek entry which won the Eurovision.

  • Grace Borg il-bierah wara nofs in-nhar hasset li ghandha tindirizza konferenza ta’ l-ahbarijiet fil-prezenza tal-Bord tal-Maltasong u l-kantanta Chiara, biex tispjega l-affarijiet li graw fl-Ukrajna. “Malta kellha tirbah il-Eurovision. Tliet xhur ilu, il-Grecja ma holqitx problemi biex it-Turkija tidhol fl-Unjoni Ewropeja. Ghalhekk it-Turkija hassitha obbligata li tghin lil Grecja. U kif sar danC Facli. Araw wahda liema kienu dawk il-pajjizi li taw punti gholjin lill-Grecja. Dawn il-pajjizi kienu t-Turkija, kif ukoll pajjizi fejn hemm popolazzjoni kbira ta’ Torok jew hemm investiment qawwi Tork, jew hemm influwenza qawwija Torka,” sahqet Grace Borg.

  • I did not like Chiara's dress one bug of a bit. When I first saw her wearing the dress at rehearsal I imagined that that color would make Chiara look twice her size. Perhaps I was too much enthralled by her rehearsal performance to debate the issue within myself. The fact is that on the night the dress and the colour of that dress did not make Chiara look bigger in spite of the fact that I thought that that was the kind of dress that "il mummy" would have sewn for her daughter out on her first festa.

  • I will keep out your mind the many who used Chaira's weight and appearance to put her down even after her success at Eurovision in 1998. This for Chiara, as for every other person who has the misfortune of carrying the genes of obesity is a painful, depressing subject. I will just say that unadulterated talent has subjugated the thin ones, the loud ones, the colorful ones, the richer ones, and the ones coming from enormous countries to the voice and to the music of a simple, unassuming girl from a country of less than four hundred thousand people. Now nothing else matters. The winners have been declared.

Friday, May 13, 2005


the p.i.m.p. in me Posted by Helloor how i learnt to stop worrying and love my sleazy side....